Politika ta' Privatezza Globali ta' Cvent

Politika ta' Privatezza Globali ta' Cvent

Sommarju ta' Bidliet Riċenti:

X'inhu Ġdid mit-18 ta' Diċembru, 2019:

  • Aġġornat biex jinkludi tagħrif addizzjonali għall-konsumaturi ta' Kalifornja marbuta mal-Att dwar il-Privatezza tal-Konsumaturi ta' Kalifornja ("CCPA", California Consumer Privacy Act), li tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar, 2020.

L-aħħar modifika t- 18 ta' Diċembru, 2019

Daħla

Cvent, Inc, u l-entitajiet imħaddma minnha Cvent Europe Ltd, Cvent Deutschland GmBH, Cvent Canada Inc., Cvent Australia PTY Limited, Cvent Singapore PTE Limited, Cvent India Private Limited,  DoubleDutch, Inc., Cvent Nederland BV, Social Tables, Inc., Lanyon Solutions, Inc., Passkey International, Inc. u StarCite, Inc. ("Cvent" jew "Aħna","tagħna"), tirrispetta l-privatezza tiegħek u ninsabu mpenjati biex nipproteġu l-privatezza tiegħek permezz tal-konformità tagħna ma' din il-politika. 

Din il-politika tiddeskrivi l-prattiċi tagħna fir-rigward ta' informazzjoni li aħna niġbru permezz tal-pjattaformi tas-software u l-applikazzjonijiet Cvent Event Cloud u Hospitality Cloud (kollettivament l-"Applikazzjonijiet" tagħna) tagħna, kif ukoll l-prattiċi ta' privatezza tagħna rigward l-użu u l-websites ta' Cvent (bħal  www.cvent.comwww.lanyon.com  u websites oħra ta' Cvent li jillinkjaw ma' din il-politika) u l-attivitajiet barranin tas-suq.

Din il-politika tiddeskrivi wkoll id-drittijiet ta' protezzjoni tad-dejta tiegħek, li jinkludu d-dritt li toġġezzjona għal xi proċessar minn Cvent. Il-Politika ma tapplikax għal informazzjoni miġbura minn terzi, li jinkludi permezz ta' kull applikazzjoni jew kontenut minn terzi (li jinkludi reklamar) li jillinkjaw ma' jew huma aċċessibbli mill-Applikazzjonijiet jew il-websites tagħna.

Werrej

Inti Klijent, Kuntatt tan-Negozju ta' Klijent jew Viżitatur?
X'tip ta' dejta personali tinġabar mill-Klijenti tagħna?
Kif tinġabar id-dejta personali mill-Klijenti tagħna?
Kif id-dejta personali tintuża mill-Klijenti tagħna?
Cvent tuża dejta personali miġbura mill-Klijenti tagħna?
Cvent kif tiġbor u tipproċessa tagħrif personali mill-Klijenti tagħna u l-Kuntatti tan-Negozju tal-Klijenti tagħhom?
X'bażi legali hemm biex Cvent tipproċessa d-dejta personali miż-ŻEE?
Għal kemm żmien Cvent ser taħżen id-dejta personali miġbura mill-Klijenti tagħna?
Kif jista' Kuntatt tan-Negozju tal-Klijent jaċċessa, jikkoreġi jew iħassar it-tagħrif personali tiegħu?
Kif jista' Kuntatt tan-Negozju tal-Klijent jaċċessa, jikkoreġi jew iħassar it-tagħrif personali tiegħu?
Cvent kif tuża l-cookies u teknoloġiji simili?
Cvent kif tipproċessa dejta minn Viżitaturi?
Cvent tipproċessa informazzjoni ta' tfal li għadhom m'għalqux it-16-il sena?
Fejn ser tittrasferixxi d-dejta li tipproċessa Cvent?
Cvent kif ser tissalvagwardja d-dejta li tipproċessa?
X'inhuma l-Prodotti ta' Cvent?
Kif jista' Klijent jew Viżitatur Jiġġestixxi l-Preferenzi tal-Posta Elettronika Tiegħu għal Cvent?
Kif tista' tikkuntattja lil Cvent jew l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta ta' Cvent?
Cvent kif tippubliċizza l-bidliet fil- Politika tal-Privatezza  tagħha?

Inti Klijent, Kuntatt tan-Negozju ta' Klijent jew Viżitatur?

Din il-politika tapplika għall-klassifikazzjoni ta' individwi li ġejja li jinteraġixxu ma' Cvent:

  • KLIJENTI: Klijenti huma individwi li huma impjegati jew soċji ta' klijenti diretti ta' Cvent (pereżempju, pjanifikaturi t'avvenimenti, xerrejja tal-vjaġġi u fornituri ta' spazju għal-laqgħat),li jinkludu personel ta' klijenti li huma assenjati b'login u huma awtorizzati li jaċċessaw u jużaw l-Applikazzjonijiet tagħna b'konformità ma' ftehim attiv ta' Cvent jew b'permess ta' valutazzjoni temporanja, jekk disponibbli.  Barra minn hekk, il-Klijenti jinkludu individwi li jirreġistraw lilhom infushom biex jaċċessaw l-Applikazzjonijiet tagħna.
  • KUNTATTI TAN-NEGOZJU TA' KLIJENTI: Kuntatti tan-Negozju ta' Klijenti  huma individwi li jinteraġixxu mal-Klijenti tagħna permezz tal-Applikazzjonijiet tagħna. Dawn jinkludu l-Klijenti tagħna attwali u prospettivi, membri, persuni li jattendu attivitajiet, promoturi, esebituri, imsieħba fis-suq, mistiedna f'lukandi u kuntatti oħra tan-negozju. Pereżempju, Kuntatti tan-Negozju ta' Klijenti jinkludu individwi li jirreġistraw għal xi avveniment organizzat minn Klijent, iniżżel app fuq il-mowbajl relatata mal-avveniment, ilestu stħarriġ onlajn, jew jagħmlu prenotazzjoni billi jużaw waħda mill-Applikazzjonijiet ta' Cvent.  
  • VIŻITATURI: Individwi u klijenti prospettivi li jinteraġixxu mal-Websites tagħna (pereżempju biex jaqraw dwar prodotti u servizzi ta' Cvent, iniżżlu karta bajda, jew jiffirmaw għal demo online) kif ukoll dawk li jattendu għal avvenimenti tas-suq ta' Cvent (pereżempju, Cvent CONNECT®,  Cvent okkażjonijiet diretti u webinars) u dawk li niltaqgħu magħhom f'fieri kummerċjali jew li nsiru nafu permezz ta' referimet minn terzi jew sorsi barranin oħrajn.    

X'tip ta' dejta personali tinġabar mill-Klijenti tagħna?

L-Applikazzjonijiet tagħna huma flessibbli biex jippermettu lil Klijenti tagħna jiġbru varjetà ta' dejta personali minn u dwar Kuntatti tan-Negozju ta' Klijenti, li jinkludu l-isem, l-organizzazzjoni, it-titlu, l-indirizz postali, l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks, il-kont t'identifikazzjoni fuq il-midja soċjali, in-numru tal-kont tal-kreditu u debitu u tagħrif ieħor li jinkludi imma mhux ristrett għal preferenzi djetetiċi, interessi, fehmiet, attivitajiet, età, ġeneru sesswali, edukazzjoni u xogħol.

Għal lista aktar dettaljata tal-Applikazzjonijiet tagħna, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima "X'inhuma l-prodotti ta' Cvent" fit-tmien il-parti ta' din il-Politika ta' Privatezza. L-użu minn  Cvent  ta' informazzjoni personali miġbura permezz tal-Applikazzjonijiet tagħna ser ikunu limitati għall-iskop li jiġi provdut is-servizz li għalih il-Klijenti qabbdu lil Cvent, biex intejbu s-servizz tagħna. jew kif meħtieġ jew permess bil-liġi

Jekk ma taqbilx mal-policies u l-prattiċi tagħna, tista' tagħżel li ma tużax l-Applikazzjonijiet tagħna.

Kif tinġabar id-dejta personali mill-Klijenti tagħna?

  • Meta l-Kuntatti tan-Negozju ta' Klijenti tagħna b'mod volontarju u espliċitu jdaħħlu dejta personali fl-Applikazzjonijiet tagħna.
  • Meta l-Klijenti tagħna jdaħħlu Kuntatti tan-Negozju ta' Klijenti fl-Applikazzjonijiet tagħna, meta permess, li jinkludi li jkollok interess kummerċjali leġittimu jew il-kisba ta' kunsens espliċitu mingħand Kuntatt tan-Negozju ta' Klijent.
  • Awtomatikament, hekk kif Kuntatti tan-Negozju ta' Klijent jinteraġixxu mal-Applikazzjonijiet tagħna, bl-użu ta' teknoloġiji li jiġbru l-informazzjoni bħal cookies.  Għal informazzjonali addizzjonali dwar dawn it-teknoloġiji ara t-taqsima hawn isfel intitolata "Cvent kif tuża l-cookies u teknoloġiji simili?".

Kif id-dejta personali tintuża mill-Klijenti tagħna?

Jekk Kuntatt tan-Negozju ta' Klijent jagħżel li juża l- Applikazzjonijiet  tagħna biex jagħmel negozju ma' Klijent (pereżempju: jirreġistra għal jew jivverifika avveniment, iwieġeb għal stħarriġ onlajn, iniżżel applikazzjoni għall-mowbajl, jibgħat jew jirrispondi għal Talba jew Proposta ("RFP" - Request for Proposal)), kull informazzjoni provduta ma' dik l-interazzjoni  ser tiġi  trasferita lil, u taħt il-kontroll tal-Klijent.

Il-Klijenti ser ikollhom ukoll aċċess għal informazzjoni (li tinkludi dejta personali u dejta dwar l-użu tal-Applikazzjoni) marbuta ma' kif il-Kuntatt tan-Negozju ta' Klijent jinteraġixxi mal-Applikazzjonijiet li jużaw.  F'każijiet bħal dawn, il-Klijenti jaġixxu bħala kontrolluri tad-dejta lejn il-Kuntatt tan-Negozju ta' Klijent, taħt il-liġijiet ta' protezzjoni tad-dejta taż-Żona Ekonomika Ewropea ("ŻEE").  Għalhekk, Cvent ma tistax u ma tiħux responsabilità dwar il-prattiċi ta' privatezza ta' Klijenti.

Il-prattiċi ta' informazzjoni tal-Klijenti tagħna huma regolati bil-politiki ta' privatezza tagħhom. Aħna ninkoraġixxu lill-Kuntatti tan-Negozju ta' Klijenti biex jirrevedu l-politiki ta' privatezza tal-Klijenti biex jifhmu l-prattiċi u l-proċeduri tagħhom.

Cvent tuża jew tbiegħ dejta personali miġbura mill-Klijenti tagħna?

Cvent ma tużax dejta personali tal-Kuntatti tan-Negozju ta' Klijenti tagħna għal kwalunkwe skop għajr biex tipprovdi servizzi li l-Klijenti tagħna jkunu kkuntrattawna għalihom biex infornu permezz tal-Applikazzjonijiet tagħna, kif innotat hawn isfel biex intejbu s-servizzi tagħna, jew kif meħtieġ jew permess bil-liġi. Cvent ma tbiegħx tagħrif personali tal-Kuntatti tan-Negozju tal-Klijenti tagħna.

Cvent kif tiġbor u tipproċessa tagħrif personali mill-Klijenti tagħna u l-Kuntatti tan-Negozju tal-Klijenti tagħhom?

Aħna niġbru tagħrif personali mill-Klijenti tagħna sabiex niffaċilitaw il-komunikazzjoni u l-forniment t'Applikazzjonijiet li l-Klijenti tagħna jkunu interessati fi jew jikkuntattjawna biex nipprovdu.  Pereżempju nistgħu niġbru l-informazzjoni li bih jista' jiġi kuntattjat Klijent, jew permezz ta' eżekuzzjoni ta' kuntratt, użu tas-servizzi tagħna, formula fuq is-sit elettroniku tagħna, talbiet mitluba mill-aġent konverżazzjonali tagħna, skambju mat-timijiet tal-bejgħ jew assistenza għall-klijenti, applikazzjoni għal xi avveniment, jew rispons għal xi stħarriġ jew għal xi posta elettronika tal-marketing tagħna.  Nistgħu niġbru wkoll tagħrif mill-karta tal-kreditu (eż. numru tal-karta tal-kreditu, u data ta' skadenza, indirizz fejn jintbagħat il-kont, eċċ.) jew tagħrif ieħor tal-bank, meħtieġ gal skopijiet ta' kontijiet u ħlas.

Nistgħu nirreġistraw ukoll is-sejħiet tat-telefonati li jsiru lit-tim tas-Servizzi t'Assistenza lill-Klijenti għal interessi tan-negozju leġittimu marbuta mal-forniment t'appoġġ lill-Klijent. konformita mal-liġijiet, taħriġ u assikurazzjoni tal-kwalità.      Aħna nżommu reġistrazzjonijiet bħal dawn għal 90 jum mid-data ta' reġistrazzjoni, għajr meta jkun meħtieġ mod ieħor għal implimentazzjoni kontrattwali jew għal aktar taħriġ lill-impjegati.

Aħna u l-vendituri tagħna niġbru tagħrif dwar l-użu ta' kif il-Klijenti tagħna jinteraġixxu mal-Applikazzjoni tagħna.    Dan jinkludi liema paġni ta' fuq il-web inti żżur, fuq xiex tikklikkja, meta twettaq ċertu azzjonijiet, liema lingwa tippreferi, x'tixtri u aktar minn hekk.

Aħna nipproċessaw it-tagħrif personali tal-Klijenti u tal-Klijenti tan-Negozju tagħhom b'dan il-mod:

  • Biex niżvelaw lis-sussidjarji u l-affiljati tagħna għall-iskop li nipprovdu servizzi lil Klijenti tagħna u lil Kuntatti tan-Negozju tal-Klijenti tagħhom.
  • Biex niżvelaw lil kuntratturi, fornituri tas-servizzi, u terzi oħrajn, kif meħtieġ b'mod raġonevoli jew prudenti biex infornu, inżommu u nsostnu l- Applikazzjonijiet  tagħna għal klijenti tagħna u l-Kuntatti Kummerċjali tal-Klijenti tagħhom, bħal pereżempju, proċessuri ta' pagamenti u ċentri tad-dejta jew fornituri li jospitaw il-Web. Cvent ma tikkondividix, tbiegħ jew tinnegozja kull informazzjoni minn terzi għal kullskop promozzjonali.
  • Biex infornu s-servizzi li l-Klijent tagħna jkun ikkontrattana biex nipprovdu permezz tal-Applikazzjonijiet tagħna. Xi eżempji jinkludu:
    • Jekk Kuntatt tan-Negozju ta' Klijent juża wieħed mill-Applikazzjonijiet tagħna biex jirreġistra għal avveniment, aħna ser nużaw l-indirizz elettroniku li pprovdilna biex nibgħatu informazzjoni u avviżi marbutin ma' dak l-avveniment.
    • Jekk Kuntatt tan-Negozju ta' Klijent juża wieħed mill-Applikazzjonijiet tagħna biex iħallas il-miżati ta' reġistrazzjoni t'avveniment jew prodotti u servizzi oħrajn permezz tal-karti ta' kreditu tagħhom, ser ngħaddu l-informazzjoni dwar il-karta tal-kreditu lil proċessuri tal-karta tal-pagament biex jikkonvalidaw l-informazzjoni dwar il-pagament u jtemmu t-transazzjonijiet. .
    • Meta Klijent jissottometti RFP għal spazju ta' laqgħa elenkat fuq Cvent Supplier Network jew lil xi Kuntatt tan-Negozju ta' Kljent skont l-istruzzjonijiet tal-Klijent, Cvent ser tikkuntattja dak il-post, il-kumpanija ġestitriċi jew il-Kuntatt tan-Negozju tal-Klijent u tiżvela informazzjoni, li  fiha tagħrif personali,  meħtieġ biex hi tkun tista' tirrispondi għall-RFB.
    • Meta Klijent jew Kuntatt tan-Negozju ta' Klijent juża l-kredenzjali tal-midja soċjali tagħhom biex jaqsam informazzjoni fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali tagħhom jew biex jidħlu f'waħda mill-Applikazzjonijiet tagħna, aħna ser naqsmu l-informazzjoni mal-fornitur tal-kont tal-midja soċjali tagħhom. L-informazzjoni li aħna nikkondividu ser tkun regolata mill-politika ta' privatezza tas-sit tal-midja soċjali. 

Aħna niġbru u nanonimizzaw l-informazzjoni dwar (i) il-Klijenti u l-Kuntatti tan-Negozju ta' Klijenti, u (ii) l-użu tal-Applikazzjonijiet tagħna sabiex intejbu l-Applikazzjonijiet u sabiex noħolqu punt ta' riferiment u prodotti oħra ta' intelliġenza kummerċjali.  L-ebda informazzjoni miġbura u anonimizzata ma jkun fiha informazzjoni dwar dejta personali (jiġifieri, ma tidentifikax individwu).

X'bażi legali hemm biex Cvent tipproċessa d-dejta personali miż-ŻEE?

Għall-individwi li huma miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), il-bażi legali għall-ġbir u l-użu ta' informazzjoni personali ser ikunu ta' interess leġittimu għalina fejn l-ipproċessar ser ikun fl-interess tagħna, jew ta' parti terza, interessi leġittimi u mhux sovrastati minn interessi individwali għall-protezzjoni tat-tagħrif jew drittijiet u libertajiet fundamentali. Dawn l-interessi huma biex jipprovdu individwi b'aċċess għall-Applikazzjonijiet u distinttivi tal-Applikazzjonijiet; biex tintbagħat informazzjoni lilhom li huma stess ikunu talbu; sabiex tiġi aċċertata s-sikurezza tal-Applikazzjonijiet tagħna sabiex jiġu evitati kemm jistgħu attivitajiet mhux awtorizzati jew malizzjużi; jew biex ninfurzaw konformità mal-patti dwar l-użu, kuntratti u policies oħrajn. F'xi pajjiżi taż-ŻEE, qed noqgħodu fuq kunsens bħala bażi legali għall-użu ta' dejta għal skopijiet ta' kummerċalizzazzjoni.     

Għal kemm żmien Cvent ser taħżen id-dejta personali miġbura mill-Klijenti tagħna?

Meta nipproċessaw dejta personali għall-interessi kummerċjali leġittimi deskritti fit-taqsima "Cvent tuża jew tbiegħ dejta personali miġbura mill-Klijenti tagħna?,"għajr jekk ikun ipprovdut b'mod ieħor fil-kuntratt tagħna mal-Klijent, aħna ser nipproċessaw id-dejta għal sa 90 jum wara t-terminu tal-kuntratt, f'liema żmien aħna nneħuha mill-ambjent produttiv tagħna.  Fi żmien 13-il xahar, aħna nneħħu d-dejta mill-midja ta' backup tagħna.

Kif jista' Kuntatt tan-Negozju tal-Klijent jaċċessa, jikkoreġi jew iħassar it-tagħrif personali tiegħu?

F'diversi pajjiżi, li jinkludu pajjiżi fiż-ŻEE,kif ukoll f'xi stati tal-Istati Uniti, fuq  talba tagħhom, Kuntatti tan-Negozju ta' Klijent għandhom id-dritt li jaċessaw id-dejta personali tagħhom u, jekk meħtieġ, ikunu jistgħu jemendawha, iħassruha jew jiristrinġuha. Kuntatti tan-Negozju ta' Klijent jistgħu wkoll jitolbu biex ċertu tip ta' dejta personali tiġi fornuta lilhom, jew lil organizzazzjoni oħra li jinnominaw, b'format strutturat u li jista' jinqara minn magna. 

Fejn aħna nipproċessaw it-tagħrif personali tiegħek abbażi tal-kunsens tiegħek, inti għandek id-dritt li tirtira l-kunsens tiegħek. Ara t-taqsima dwar kuntatti ta' Cvent isfel. L-irtirar tal-kunsens m'għandux jaffettwa l-legalità t'ipproċessar abbażi tal-kunsens qabel l-irtirar tiegħu. Kuntatti tan-Negozju tal-Klijent fiż-ŻEE għandhom id-dritt ukoll li jilmentaw lil awtorità superviżorja għall-protezzjoni tat-dejta fil-pajjiż fejn joqgħodu, jew fejn jaħdmu - għalkemm aħna nisperaw li nistgħu nassistu dwar kull mistoqsija jew tħassib li għandek dwar l-użu tad-dejta personali. 

Cvent tipproċessa l-Kuntatti tan-Negozju ta' Klijent taħt l-istruzzjonijiet tal-Klijenti tagħna u m'għandha l-ebda kontroll dirett jew pussess tad-dejta personali li nipproċessaw.  Il-Kllijenti huma responsabbli biex jikkonformaw ma' kull regolament jew liġi li teħtieġ avviż, żvelar jew kisba tal-kunsens qabel it-trasferiment tad-dejta lil Cvent għal skopijiet ta' proċessar. Kull Kuntatt tan-Negozju ta' Klijent li jfittex aċċess, korrezzjoni jew tħassir ta' dejta, għandu jidderiġi t-talba tiegħu lill-Klijent. Jekk il-Klijent jitlob lil Cvent biex tneħħi d-dejta personali tal-Kuntatt tan-Negozju ta' Klijent biex ikun konformi mar-regolamenti ta' protezzjoni tad-dejta, Cvent ser tipproċessa din it-talba fi żmien il-ħin mitlub taħt ir-regolament jew liġi applikabbli. 

Mhux ser  nakkomodaw talbiet biex nibdlu informazzjoni jekk nemmnu li l-bidla tikser xi liġi jew rekwiżit legali jew tikkaġuna l-informazzjoni tkun skorretta. F'każijiet bħal dawn aħna ser ninformaw lil Klijent dwar l-obbligi legali li ma jippermettunix milli nissodisfaw it-talba. 

Kif jista' Kuntatt tan-Negozju tal-Klijent jaċċessa, jikkoreġi jew iħassar it-tagħrif personali tiegħu?

Klijenti għandhom l-istess drittijiet li jaċċessaw, jikkoreġu jew iħassru t-tagħrif personali tagħhom kif deskritt hawn fuq.

Kull klijenti jista' jaċċessa, jikkoreġi jew iħassar it-tagħrif dwarhom jew it-tagħrif tal-Kuntatt tan-Negozju tal-Klijent tagħhom billi jissottometti talba fuq is-sit elettroniku tagħna f'https://www.cvent.com/personal-data-requests. Cvent ser tipproċessa din it-talba fiż-żmien stabbilit taħt ir-regolament jew liġi applikabbli. 

Mhux ser nakkomodaw talbiet biex nibdlu informazzjoni jekk nemmnu li l-bidla tikser xi liġi jew rekwiżit legali jew tikkaġuna l-informazzjoni tkun skorretta. F'każijiet bħal dawn aħna ser ninformaw lil Klijent dwar l-obbligi legali li ma jippermettunix milli nissodisfaw it-talba.

Ser inżommu storja ta' verifika ta' kwalunkwe talba għal aċċess, korrezzjoni jew tħassir ta' informazzjoni personali sabiex jinżamm reġistru ta' konformità mar-rekwiżiti regolatorji.

Residenti ta' Kalifornja

Jekk inti resident ta' Kalifornja, il-liġi ta' Kalifornja tipprovdik bi drittijiet speċifiċi dwar l-informazzjoni personali tiegħek, li jinkludi d-dritt li niżvelaw ċertu informazzjoni dwar il-ġbir minna u l-użu tal-informazzjoni personali tiegħek fl-aħħar 12-il xahar, id-dritt li tintalab li aħna nħassru kwalunkwe mill-informazzjoni personali tiegħek li aħna ġbarna mingħandek, għajr għal ċertu eċċezzjonijiet, u d-dritt li tista' tagħżel li ma tkunx inkluż fil-bejgħ tal-informazzjoni personali tiegħek. Sabiex tagħmel talba bħal din, ikklikkja hawn biex tissottometti formula fuq il-web, ċempel 1-833-455-0249, jew ibgħat ittra lil:

Rappreżentant ta' Cvent
 1765 Greensboro Station Place, 7th Floor
 Tysons Corner, Virginia 22102 

 

Jekk jogħġbok innota li aħna nistgħu biss inwieġbu għal żewġ talbiet bħal dawn għal kull individwi kull sena. Inti għandek id-dritt ukoll li ma tiġix deskriminat kontra jekk teżerċita d-dritt ta' kwalunkwe mid-drittijiet, taħt il-liġi tal-privatezza ta' Kalifornja.

Cvent jista' jkun li ġabret l-kategoriji li ġejjin ta' tagħrif personali ta' residenti minn Kalifornja fl-aħħar 12-il xahar.

    • Identifikaturi bħal isem, indirizz postali, indirizz tal-Protokoll tal-Internet, indirizz elettroniku jew identifikazzjoni simili oħra.
    • Kategoriji ta' informazzjoni personali deskritti fis-sottodiviżjoni (e) ta' Sezzjoni 1798 90 tal-Kodiċi Ċivili ta' Kalifornja
    • Karatteristiċi ta' klassifikazzjonijiet protetti taħt il-liġi federali ta' Kalifornja.
    • Informazzjoni kummerċjali, li tinkludi reġistrazzjonijiet ta' prodotti jew servizzi mixtrija jew ikkonsidrati. 
    • Internet jew netwerk elettroniku ieħor b'attività informatika. 
    • Tagħrif ta' ġeolokazzjoni
    • Imformazzjoni awdjo u viżwali, bħal reġistrazzjonijiet ta' sejħiet u ritratti għal servizz lill-konsumatur.
    • Informazzjoni professjonali jew marbuta m'impjieg.
    • Informazzjoni edukattiva.
    • Inferenzi mfassla minn kull informazzjoni identifikata hawn fuq.

Din l-informazzjoni hi miġbura u użata għall-iskopijiet żvelati fil-Politika dwar il-Privatezza.  Cvent għandha mnejn tkun żvelat isem, titlu ta' Klijent jew Viżitatur, informazzjoni ta' kuntatt tan-negozju għal postijiet ospitabbli (eż. ristorant jew lukanda) jew promoturi ta' avvenimenti ta' avvenimenti għall-kummerċjalizzazzjoni ta' Cvent fl-aħħar 12-il xahar eżatt qabel ma din il-politika ta' privatezza aġġornata tkun daħlet fis-seħħ. Jekk Klijent jew Viżitatur jixtieq li jkollu l-informazzjoni tiegħu eskluż minn dan it-tip ta' żvelar, ikklikkja hawn biex tissottometti t-talba.  Cvent għandha mnejn żvelat minn kwalunkwe kategorija ta' informazzjoni personali b'konformità mal-kunsens tal-individwu jew taħt kuntratt bil-miktub ma' fornitur tas-servizz għal skop kummerċjali fi 12-il xahar immedjatament qabel  mal-politika ta' privatezza aġġornata ma ġiet fis-seħħ.   

Cvent kif tuża l-cookies u teknoloġiji simili?

Cookies u Fari tal-Web

Aħna u l-vendituri tagħna nużaw cookies jew teknoloġiji awtomatiċi simili ta' ġbir ta' dejta hekk kif individwi jinteraġixxu mal-Applikazzjonijiet tagħna biex tinġabar ċertu informazzjoni dwar it-tagħmir tagħhom, l-azzjonijiet u l-iskemi ta' navigar, li jinkludu:  

  • Dettalji dwar il-viżti fl-Applikazzjonijiet tagħna, bħal id-data u l-ħin li taċċessa l-Applikazzjonijiet tagħna, iż-żmien li ddum fuq l-Applikazzjonijiet tagħna, websites marbuta mal-Applikazzjonijiet tagħnajew websites marbuta mill-Applikazzjoni tagħna, ir-riżorsi u l-kontenut li taċċessa u l-użu fuq l-Applikazzjonijiet.  
  • Informazzjoni dwar il-kompjuter u l-konnessjoni mal-internet tiegħek, bħal l-Indirizz IP, it-tip ta' kompjuter, ir-riżoluzzjoni tal-iskrin, it-tip u l-verżjoni tal-brawżer tal-Internet. 

Taħt huma t-teknoloġiji li nużaw għall-użu ta' ġbir ta' dejta awtomatika.  Aħna ma nużawx kwalunkwe minn dawn it-teknoloġiji biex niġbru informazzjoni mill-Kuntatti tan-Negozji ta'  Klijent  għal skopijiet ta' suq jew reklamar.

  • Cookies tal-Brawżer.  Cookie huwa fajl żgħir li jitqiegħed fuq il-hard drive ta' kompjuter.  Il-brawżers tal-web jistgħu jiġu konfigurati biex jirrestrinġu jew jimblokkaw kompletament il-cookies, biex jikkonfiguraw kontrolli t'avviżi ta' cookies u/jew tħassar cookies diġà preżenti fuq il-brawżer jew it-tagħmir.  Informazzjoni dwar kif tista' tagħmel dan huwa fornut fit-taqsima ta' għajnuna/riferiment tal-web brawżer. Ir-trażżin jew ir-restrizzjoni ta' ċertu tip ta' cookies jista' jipprevjeni Klijent jew il-Kuntatt tan-Negozju ta' Klijent milli juża ċertu partijiet tal-Applikazzjonijiet tagħna, skont kif il-kontrolli tal-brawżer ikunu konfigurati.  Pereżempju, ir-reġistrazzjoni ta' avveniment ma jistax jimtela tajjeb jekk il-cookies ikunu diżattivati fil-web brawżer. Għajr meta l-kontrolli tal-brawżer ikunu ġew aġġustati biex jirrifjutaw cookies, is-sistema tagħna ser tibgħat cookies meta l-brawżer jinteraġixxi mal-Applikazzjonijiet tagħna.  Għal aktar informazzjoni dwar cookies u kif twaqqafhom, ara www.allaboutcookies.org.
  • Cookies tas-Sessjoni u Cookies Persistenti. Cookie tas-"sessjoni" ddum biss għal sessjoni waħda ta' brawżer u tiġi mħassra meta l-utent jagħlaq il-brawżer tal-web.  Cookies tas-"sessjoni" jippermettu operaturi tal-website biex jillinkjaw l-azzjonijiet ma' utent waqt sessjoni ta' brawżer.  Cookie "persistenti" tibqa' fit-tagħmir tal-utent (anke meta jintefa') sakemm tiskadi jew titħassar.   Cookie persistenti tiġi riattivata meta utent jirritorna fuq il-websajt li tkun impostat l-cookie. Aħna nużaw cookies persistenti biex jgħinuna nippersonalizzaw l-esperjenza fuq il-web tiegħek meta tirritorna fuq paġna web jew fuq il-website tagħna.

L-ebda wieħed minn dawn il-cookie ma jista' jaqra jew jaċċessa kwalunkwe dejta mill-hard drive tal-utent.  Aktar minn hekk, l-ebda wieħed minn dawn il-cookie waħedhom mhu ser jidentifika utent personalment,  madanakollu,  cookie ser tagħraf brawżer tal-web individwali jew tagħmir ta' utent permezz tal-Indirizz IP, il-verżjoni tal-brawżer, is-sistema ta' tħaddim u informazzjoni oħra, u individwi li jillogjaw mal-kontijiet ta' Cvent tagħhom jistgħu jiġu identifikati individwalment għal Applikazzjonijiet partikolari permezz tal-cookies tas-sessjoni.

  • Fari tal-Web.  Paġni fl-Applikazzjonijiet tagħna u fuq l-posta elettronika tagħna  ser  ikun fihom fajls elettroniċi żgħar magħrufa bħala fari tal-web (riferuti wkoll bħala clear gifs, pixel tags u pixel gifs sempliċi).  Il-fari tal-web huma differenti minn cookies għax l-informazzjoni ma tiġix maħżuna fil-hard drive tiegħek, imma tkun inkorporata inviżibilment fuq paġni web jew fil-posta elettronika.   Il-fari tal-web jippermettuna nintraċċaw movimenti onlajn ta' utenti tal-web, pereżempju biex ngħoddu utenti li jkunu żaru dawk il-paġni jew fetħu posta elettronika u għal statistiċi relatati mal-websajt (pereżempju, reġistrar tal-popolarita ta' ċertu kontenut tal-websajt u verifikar tas-sistema u l-integrità tas-server).  Dan jippermetti Cvent biex tipprovdi esperjenza ta' websajt infassal aktar għall-preferenzi u interessi tal-utenti tagħna.
  • Cookies tal-Leħħa.  Ċertu karatteristiċi tas-servizzi tagħna ser jużaw ħżin lokali, bħal "Cookies tal-leħħa" biex jiġbru u jaħżnu informazzjoni dwar il-preferenzi tiegħek u għal tbaħħir għal, minn u fil-Websites tagħna.  Il-cookies tal-leħħa ma jiġux ġestiti mill-istess kontrolli tal-brawżer bħal ma huma l-cookies tal-brawżer. Jekk ma tkunx trid cookies tal-leħħa maħżuna fuq il-kompjuter tiegħek, tista' taġġusta l-kontrolli tal-Flash player tiegħek biex timblokka ħażna ta' cookies bil-Flash permezz tal-Panew ta' Kontrolli ta' Żamma fuq il-Website disponibbli  fil-link li ġejja. 

F'dan iż-żmien, ma nirrisponduux għal brawżer, ma nintraċċawx sinjali, hekk kif nistennew għal standard uniformi li jiġi minn regolaturi jew l-industrija ta' privatezza.    Cvent b'ħerqa tikkonsidra d-dritt indipendenti ta' individwu li jiddermina kif id-dejta personali tiegħu jew tagħha tiġi proċessata u tkompli tissorvelja viluppi f'dan il-qasam.

Tista' titgħallem dwar kif tista' timmodifika l-kontrolli tal-brawżer tiegħek biex tirrestrinġi jew tiddiżattiva il-cookies u teknoloġiji oħra tal-intraċċar  billi żżur it-taqsima t'hawn isfel intotolata "Fornituri Terzi ta' Analitiċi."

Reklamar

Nistgħu nużaw l-informazzjoni mill-Klijenti fornituri ta' postijiet tagħna li tippermettilna nuru reklami mingħand il-Klijenti tal-Hospitality Cloud tagħna lil udjenzi ta' utenti tagħhom fil-mira permezz tan-netwerk tagħna jew il-fornituri tas-servizz ta' reklamar.  Bħala eżampju, fornituri tal-ispazju tal-laqgħat jistgħu jixtru reklami li jiġu preżentati silettivament permezz tas-Cvent Supplier Network lil pjanifikaturi tal-laqgħat li jkunu aġġudikaw preċedentement volum minimu ta' lagħat għan-negozju lil dak il-fornitur jew lil postijiet kompetituri fiż-żona metropolitana fil-mira.  Anke jekk ma niżvelawx Idejta personali għal dawn l-iskopijiet, jekk l-utent li jforni l-post jikklikkja fuq jew inkella jinteraġixxi ma' reklam, il-Klijent ta' Hospitality Cloud tar-reklam jista' jippreżumi li l-utent tal-fornitur tal-post jissodisfa l-kriterji fil-mira. Filwaqt li aħna u l-Klijenti ta' Hospitality Cloud niffaċilitaw din it-teknoloġija biex nirreklamaw lil Klijenti, aħna qatt ma nużaw l-informazzjoni tal-Klijent biex nirriklamaw lill-Kuntatti tan-Negozju tal-Klijent.

Aħna nużaw ukoll terzi (bħal LinkedIn, Google AdRoll, YouTube) biex inservu reklami li jistgħu jkunu ta' interess għalik fuq siti elettroniċi oħrajn. Għal aktar tagħrif u l-ħila biex tikkontrolla l-preferenzi tiegħek, jekk jogħġbok żur:

http://preferences-mgr.truste.com,
http://www.networkadvertising.org/managing/opt_out.asp 
http://www.aboutads.info/
https://policies.google.com/privacy/partners
https://www.linkedin.com/psettings/guest-controls/retargeting-opt-out
https://account.microsoft.com/privacy/ad-settings/signedout
https://my.outbrain.com/recommendations-settings/home
https://adssettings.google.com/authenticated
https://www.facebook.com/ads/preferences/
https://twitter.com/settings/personalization
https://www.quora.com/optout

 

Jekk inti tinsab fl-Iżvizzera jew fl-Unjoni Ewropea jekk jogħġbok kklikkja hawn. 

Fornituri Terzi t'Analitiċi

Aħna nużaw fornituri terzi t'analitiċi, li jinkludu Google, Adobe, Mixpanel, Mouseflow u oħrajn, biex tinġabar informazzjoni dwar l-użu tiegħek tal-Applikazzjonijiet u siti elettroniċi li jippermettulna ntejbu kif jaħdmu dawn l-Applikazzjonijiet.  L-informazzjoni tippermettilna naraw l-iskemi globali ta' użu fuq l-Applikazzjonijiet, tgħinna nirreġistraw xi diffikultajiet li għandek bl-Applikazzjonijiet, turina jekk ir-reklamar tagħna hux effettiv jew le, u tippermettilna nirreaġixxu għar-reklami biex intejbu l-prestazzjoni tar-reklami.  Google Analytics, Adobe u Mixpanel jużaw cookies u teknoloġiji simili oħrajn biex tinġabar informazzjoni dwar l-użu tal-Applikazzjonijiet tagħna u biex jirraportaw xejriet tal-website lilna, mingħajr ma jaħżnu dejta personali fuq pjattaformi ta' fornituri analitiċi terzi barranin.  Ara hawn isfel għal aktar informazzjoni, jew biex tagħżel li ma tipparteċipax f'dawn il-prattiċi.

  • Tista' tagħżel li ma tipparteċipax f'Google Analytics billi tikklikkja hawn
  • Tista' tagħżel li ma tipparteċipax fil-ġbir tad-dejta u l-analiżi ta' Adobe dwar l-użu tiegħek fl-Applikazzjonijiet billi tikklikkja fuq din  il-ħolqa
  • Tista' tiddeċiedi li ma tippartiċipax fil-prattiċi ta' Mixpanel billi żżur  https://mixpanel.com/optout/. 
  • Mouseflow tiġbor informazzjoni marbuta ma' klikks tal-maws, ċaqlieq tal-maws, imġieba tal-iskroll, u/jew attivita tal-battitura, imma ma tiġborx informazzjoni personalment identifikabbli f'isimna jew ssegwi d-drawwiet ta' brawżing ta' individwi madwar websajts oħra li ma jużawx Mouseflow.  Tista' ssir taf aktar dwar il-prattiċi ta' Mouseflow billi żżur  http://mouseflow.com/privcay. 

Cvent kif tipproċessa dejta minn Viżitaturi?

Cvent tipproċessa dejta tal-Viżitaturi b'mod separat u distint mill-mod kif nipproċessaw id-dejta tal-Klijenti u tal-Kuntatti tan-Negozju ta' Klijenti.  Meta jużaw il-websites tagħna, jattendu avvenimenti tas-suq ta' Cvent jew jipprovduna bl-informazzjoni personali, il-Viżitaturi jkunu qed jagħtu l-kunsens għall-ġbir, ipproċessar u ħażna tal-informazzjoni personali tagħhom kif deskritt f'din it-taqsima.

Ġbir ta' Dejta Personali ta' Viżitaturi

Cvent tiġbor dejta personali li tinkludi isem, titlu, indirizz postali, indirizz elettroniku, numru tat-telefown, numru t'identifikazzjoni fil-midja soċjali , informazzjoni dwar il-kumpanija (li jinkludu informazzjoni finanzjarja u dwar kontijiet meta jitħallsu servizzi ta' Cvent), tweġibiet għal stħarriġ, posta fuq il-bords tal-messaġġi, dħul f'konkorsi u talbiet dwar promozzjonijiet.   Aħna nistgħu niġbru din l-informazzjoni fuq il-Viżitatur minn fuq is-sit elettroniku tagħna, talbiet mitluba mill-aġent konverżazzjonali tagħna, skambju mat-timijiet tal-bejgħ jew assistenza għall-klijenti, waqt reġistrazzjoni għal xi avveniment, jew permezz ta' rispons għal xi stħarriġ jew għal xi posta elettronika tal-marketing tagħna.  Aħna nużaw din l-informazzjoni biex nipprovduk b'dettalji addizzjonali dwar is-servizzi tagħna, inwettqu riċerka, nipprovdu karti bojod jew nikkuntattjawk wara li żżurna.

Aħna niġbru dejta personali wkoll minn sorsi ta'  terzi, bħal databases pubbliċi, imsieħba konġunti fis-suq, u pjattaformi tal-midja soċjali.  Pereżempju, jekk Viżitatur jagħżel li jqabbad il-kont tal-midja soċjali tiegħu mal-kont tal-websites tagħna, ċertu Informazzjoni personali mill-kont tal-midja soċjali ser tkun kondiviża magħna, li tista' tkun tinkludi informazzjoni personali li hija parti mill-profil tal-Viżitatur jew il-profili tal-ħbieb tiegħu.

Jekk tiddeċiedi li tagħmel hekk, meta tipprovdi referenza , aħna niġbru informazzjoni personali dwar il-kuntatti tiegħek, bħal:

  • Isem
  • Posta elettronika tax-xogħol
  • Organizzazzjoni
  • Numru tat-telefown
  • Lokalità ta' residenza
  • Kodiċi postali

Meta tipprovdina bl-informazzjoni personali tiegħek dwar il-kuntatti tiegħek, aħna ser nużaw din l-informazzjoni biss għar-raġuni speċifika li għaliha hija provduta.

Jekk temmen li xi ħaddieħor ipprovdilna bl-informazzjoni personali tiegħek u inti tixtieq li aħna nneħħuha mid-database tagħna, jekk jogħġbok issottometti talba f' https://www.cvent.com/gdpr-personal-data-requests. Barra minn hekk, aħna u l-fornituri tas-servizzi tagħna niġbru tagħrif personali minn cookies u teknoloġiji bħal dawn biex niġbru informazzjoni dwar il-paġni li Viżitaturi jaraw, Viżitaturi jagħfsu fuq, tagħrif tal-web brawżer tal-Viżitaturi, l-indirizz IP tal-Viżitaturi u kull azzjoni oħra li Viżitaturi jistgħu jieħdu meta jaċċessaw is-siti elettroniċi tagħna.   Għal informazzjonali addizzjonali dwar l-użu tagħna ta' dawn it-teknoloġiji u kif tikkontrollhom, ara t-taqsima hawn isfel intitolata "Cookies u teknoloġiji simili" fuq.

L-Użu tad-Dejta Personali ta' Viżitaturi Miġbura minn Cvent

Cvent tipproċessa d-dejta personali ta' Viżitaturi biex:

  • Tanalizza kif l-websites tagħna jiġu aċċessjati;
  • Tippersonalizza l-esperjenza ta' brawżjar u tippreżenta prodotti jew aspetti li jistgħu jkunu aktar applikabbli għalik;
  • Tidentifika problemi tekniċi tal-website;
  • Tiskopri, tistħarreġ u tirrimedja attività qarrieqa jew illegali;
  • Tittrasmetti avviżi marbuta ma' prodott, servizz jew bidliet politiċi;
  • Tirrispondi it-talbiet tiegħek dwar prodotti u servizzi;
  • Tibgħatlek informazzjoni bħal avviżi dwar prodotti, bulettini, karti bojod, offerti rilevanti oħrajn u promozzjonijiet jew avvenimenti li ġejjin ( meta meħtieġ, skont il-ġurisdizzjoni, aħna ser infittxu u niksbu l-kunsens espliċitu tiegħek qabel ma jintbagħtu ittri elettroniċi tas-suq).
  • Tippjana u tospita avvenimenti korporali ta' Cvent, nospitaw fora onlajn u netwerks soċjali fejn il-Viżitaturi jistgħu japparteċipaw;
  • Tanalizzi, tippunteġġa u tidentifika prospetti ġodda;
  • Toħloq reklamar imfassal, programmi promozzjonali u ta' bejgħ, u
  • Biex tibgħat il-kont lill-klijenti għas-servizzi u tanalizza l-kapaċità finanzjarja ta' klijenti prospettivi li jingħataw soluzzjonijiet mingħand Cvent

Jekk tixtieq tneħħi lilek innifsek minn komuniki ta' marketing minn Cvent, jekk jogħġbok ikklikkja hawn: https://www.cvent.com/subscriptionmanagement 

Il-Ħżin ta' Dejta Personali ta' Viżitaturi

Fejn nipproċessaw dejta personali ta' Viżitaturi għal skopijiet ta' suq jew bil-kunsens tal-Viżitaturi, nipproċessaw id-dejta sakemm il-Viżitatur jitlobna nieqfu.  Ġeneralmet tieħu 30 jum biex nimplimentaw it-talba tiegħek, imma fl-ebda każ itwal minn dak meħtieġ mill-liġi applikabbli. Cvent mhux ser iżżomm dejta personali ta' Viżitaturi għal żmien itwal mill-perijodu ta' żamma statutorju permess fil-ġurisdizzjonijiet lokali fejn is-servizzi Cvent jinsabu fis-suq u huma provduti.   Inżommu wkoll rekord ta' meta Viżitaturi jkunu talbuna biex ma nibgħatux materjal tas-suq dirett jew biex nipproċessaw id-dejta tal-Viżitatur b'mod indefinit sabiex nirrispettaw it-talba tal-Viżitatur fil-futur.

Kondiviżjoni tad-Dejta tal-Viżitaturi

Cvent tista' tikkondividi informazzjoni ma' fornituri terzi tas-servizz ikkontrattati biex jipprovdu servizzi f'isimna kif ukoll terzi li jbiegħu mill-ġdid servizzi ta' Cvent.

Cvent tista' wkoll tingaġġa msieħba kummerċjali biex flimkien joffru prodotti, servizzi jew programmi oħra bħal webinars jew whitepapers u minn żmien għal żmien, nistgħu wkoll nikkondividu dejta personali jew nuru interess fi prodotti jew servizzi offruti b'mod konġunt.

Cvent ser tikkondividi biss dejta personali ta' Viżitaturi li jattendu avvenimenti tas-suq ta' Cvent ma' terzi jekk a) il-Viżitatur espliċitament jagħti l-kunsens tiegħu, b) il-Viżitatur jippermetti li l-badge tiegħu tiġi skennjata jew ċ) ikun permessibbli taħt il-liġi applikabbli.

Aċċess, korrezzjoni jew tħassir tad-dejta ta' Viżitaturi

Il-klijenti għandhom l-istess drittijiet t'aċċess. korrezzjoni jew tħassir tat-tagħrif personali tagħhom bħal ma hemm deskritt fit-taqsima il-Klijenti tagħna, kif spjegat fil-qosor fit-taqsima "Kif jista' Kuntatt ta' Klijent tan-Negozju jaċċessa jew iħassar it-tagħrif personali tiegħu?same"

Kull viżitatur li jixtieq jaċċessa, jikkorreġi jew iħassar tagħrif, jista' jagħmel hekkbilli jissottometti talba fuq is-sit elettroniku tagħna f' https://www.cvent.com/personal-data-requests. Cvent ser tipproċessa din it-talba fi żmien 30 jum.

Mhux ser  nakkomodaw talbiet biex nibdlu informazzjoni jekk nemmnu li l-bidla tikser xi liġi jew rekwiżit legali jew tikkaġuna l-informazzjoni tkun skorretta. F'każijiet bħal dawn aħna ser ninformaw lill-Viżitatur dwar l-obbligi legali li ma jippermettunix milli nissodisfaw it-talba. 

Ser inżommu storja ta' verifika ta' kwalunkwe talba għal aċċess, korrezzjoni jew tħassir ta' informazzjoni personali sabiex jinżamm reġistru ta' konformità mar-rekwiżiti regolatorji.

Residenti ta' Kalifornja

Jekk inti Viżitatur u resident ta' Kalifornja, il-liġi ta' Kalifornja tipprovik bi drittijiet speċifiċi dwar l-informazzjoni personali tiegħek. Il-prattiċi kollha deskritti fit-taqsima ta' residenti minn Kalifornja ta' "Kif jista' Klijent jaċċessa, jikkorreġi jew iħassar it-tagħrif personali tiegħu?" japplika wkoll għal Viżitaturi ta' Kalifornja. 

Cookies u teknoloġiji simili

Kull prattika marbuta ma' cookies u l-użu tagħhom deskritti fis-sezzjoni "Kif Cvent tuża cookies u teknoloġiji similitapplika wkoll għall-Viżitaturi meta jinteraġixxu mal-websites tagħna.

Cvent tipproċessa informazzjoni ta' tfal li għadhom m'għalqux it-16-il sena?

L-ebda wieħed mill-Applikazzjonijiet tagħna m'huma diretti għal tfal li għadhom m'għalqux is-16-il sena. Aħna mhux ser nitolbu jew niġbru Informazzjoni personali direttament jew b'għarfien sħiħ minn fuq tfal li għadhom m'għalqux is-16-il sena. Jekk nsiru nafu li b'mod involontarju ġbarna informazzjoni personali mingħand tfal li għadhom m'għalqux is-16-il sena, aħna ser inħassruha kemm jista' jkun malajr. 

Il-Politika ta' Privatezza ma tapplikax għall-prattiċi tal-Klijenti tagħna li magħhom il-wild tiegħek jista' jinteraġixxi.  Għandek tirrevedi l-patti u l-policies applikabbli għal Klijenti biex tara kemm huma dattati għall-wild tiegħek, inkluż il-ġbir tad-dejta u l-prattiċi ta' użu tagħhom.

Fejn ser tittrasferixxi d-dejta li tipproċessa Cvent?

Tarka ta' Privatezza UE-Stati Uniti u Żvizzera-Stati Uniti

Cvent, Inc.; CrowdCompass, LLC; Cvent OnArrival, Inc.; Elite Meetings International, LLC; Lanyon Solutions, Inc.; Passkey International, Inc.; u StarCite, Inc., iċċertifikaw li huma jaderixxu għall-Prinċipji ta' Tarka ta' Sikurezza bejn l-UE-U.S. u l-Iżvizzera-U.S. Cvent hi mpenjata li tissoġġetta li d-dejta personali kollha li tirċievi mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea (UE), Ir-Renju Unit (UK), u l-Iżvizzera, fir-rigward tal-Parametri ta' Tarka ta' Privatezza għal Prinċipji applikabbli fil-Parametri.  Sabiex wieħed jitgħallem aktar dwar il-Qafas ta' Ħidma tat-Tarka ta' Privatezza, żur  Il-Lista ta' Tarka ta' Privatezza tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-istati Uniti.

Cvent hija responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali li tirċievi, taħt il-Qafas ta' Ħidma tat-Tarka ta' Privatezza u sussegwentement tittrasferixxi lil terza li taġixxi bħala aġent f'isimha.   Cvent tikkonforma mal-Prinċipji tat-Tarka ta' Privatezza għal kull trasferiment 'l quddiem ta' dejta personali mill-UE, Ir-Renju Unit, u l-Iżvizzera, li jinkludi t-trasferiment 'l quddiem ta' dispożizzjonijiet ta' responsabilità.

Fir-rigward ta' dejta personali rċevuta  jew trasferita b'konformita mal-Qafas tat-Tarka ta' Privatezza, Cvent hija suġġetta għal setgħat ta' inforzar regolatorju tal-U.S Federal Trade Commission.  F'ċertu sitwazzjonijiet, Cvent taf tkun meħtieġa tiżvela dejta personali fir-rigward ta' talbiet leġittimi minn awtoritajiet pubbliċi, li jinkludu dawk biex jiġu sodisfatti rekwiżiti ta' sigurtà nazzjonali jew tal-infurzar tal-liġi.

Jekk għandek xi tħassib mhux riżolt dwar privatezza jew użu tad-dejta li aħna ma ndirizzajnix b'mod sodisfaċenti, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur dwar soluzzjonijiet ta' tilwim terz tagħna (mingħajr ħlas) bażat fl-Istati Uniti f' https://feedback-form.truste.com/watchdog/request.   

Taħt ċertu kundizzjonijiet, deskritti f'aktar dettall fil-websajt tat-Tarka ta' Privatezza https://www.privacyshield.gov/article?id=How-to-Submit-a-Complaint, inti tkun tista' tkun intitolat biex tinvoka arbitraġġ vinkolanti meta proċeduri oħra ta' riżoluzzjoni ta' tilwim ikunu ġew eżawriti.  

Trasferimenti Transkonfinali (għajr dawk tal-UE jew l-Iżvizzera) 

Id-dejta personali tista'  tiġi  aċċessata minn personel ta' Cvent li jforni servizzi fi kwalunkwe pajjiż fejn għandna l-faċilitajiet jew fejn ningaġġaw fornituri ta' servizzi ta' IT, li jinkludu l-Indja, l-Awstralja u Singapor. Dan ifisser li aħna ser nittrasferixxu dejta personali barra ż-Żona Ekonomika Ewropea jew l-Istati Uniti. F'każijiet bħal dawn aħna ser nużaw Klawsoli Standard ta' Kuntratt approvat mill-Kummissjoni Ewropea biex nipproteġu d-dejta personali. Jekk tkun tixtieq kopja jew għandek aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tuża l-informazzjoni ta' kuntatt murija hawn taħt.

Cvent kif ser tissalvagwardja d-dejta li tipproċessa?

Aħna nieħdu diversi miżuri organizzativi, tekniċi u amministrattivi biex nipproteġu tagħrif personali fi ħdan l-organizzazzjoni tagħna.  Aħna nsegwu standards aċċettati b'mod ġenerali biex nipproteġu l-informazzjoni personali mogħtija lilna, kemm waqt it-trasmissjoni u ġaladarba tiġi riċevta. Sfortunatament, l-ebda trasmissjoni ta' dejta jew sistema ta' ħżin ma tista' tiġi garantita li hi 100% sikura.  Jekk għandek raġuni biex temmen li l-interazzjoni tiegħek magħna m'għadhiex aktar sikura (pereżempju, jekk tħoss li s-sigurtà ta' kull kont li jista' jkollok magħna ġie kompromess), jekk jogħġbok avżana minnufih bil-problema billi tikkuntattjana b'konformità mat-taqsima  "Informazzjoni ta' Kuntatt" isfel.

X'inhuma l-Prodotti ta' Cvent?   

Event Cloud

Cvent Meetings & Events

  • Cvent Event Management
  • RegOnline by Cvent
  • Inquisium by Cvent
  • Cvent Conference
  • Lanyon Meetings
  • Tabelli Soċjali

Cvent Onsite Solutions

  • OnArrival
  • OnArrival 360
  • SocialWall
  • LeadCapture
  • CrowdCompass by Cvent
  • QuickMobile by Cvent
  • DoubleDutch minn Cvent

 

Hospitality Cloud

  • Cvent Supplier Network
  • SpeedRFP.com
  • EliteMeetings.com
  • Cvent Business Intelligence
  • Cvent Lead Scoring
  • Cvent Passkey
  • Cvent Business Transient
  • Tabelli Soċjali

Kif jista' Klijent jew Viżitatur Jiġġestixxi l-Preferenzi tal-Posta Elettronika Tiegħu għal Cvent?

Jekk tixtieq taġġorna l-preferenzi tal-posta elettronika tiegħek jew tfassal is-suġġetti li l-aktar jinteressawk biex tirċievi, jew biex tħassar l-abbonament għal komuniki ma' Cvent, tista' tagħmel dan hawn:https://www.cvent.com/subscriptionmanagement

Kif tista' tikkuntattja lil Cvent jew l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta ta' Cvent?

Għad-dettalji dwar ir-rwol tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta ta' Cvent (DPO - Data Protection Officer) jew kull mistoqsija dwar il-privatezza marbuta mal-Politika ta' Privatezza ta' Cvent jekk jogħġbok ikkuntattja lil DPO fuq  [email protected].  Inti għandek tħossok ukoll liberu li tikkuntattja lil Cvent dwar dettalji fuq l-implimentazzjoni tagħna tal-programm ta' privatezza f':

Rappreżentant ta' Cvent
1765 Greensboro Station Place, 7th Floor
Tysons Corner, Virginia 22102

[email protected] 

Cvent kif tippubliċizza l-bidliet fil-Politika tal-Privatezza tagħha?

Aħna  ser  naġġornaw din il-Politika ta' Privatezza tagħna biex tirrifletti bidliet fil-prattiċi tal-informazzjoni tagħna. Jekk ser nagħmlu tibdiliet materjali ser navżawk permezz t'avviż fuq din il-website tletin (30) jum qabel ma l-bidliet isiru effettivi, jew permezz ta' ittra elettronika (mibgħuta fl-indirizz elettroniku speċifikata fil-kont tiegħek) sebat (7) ijiem qabel mal-bidliet isiru effettivi. Madanakolli, kull bidla għall-Politika ta' Privatezza ser tkun effettiva minnufih mal-pubblikazzjoni għal Viżitaturi, Klijenti u Kuntatti tan-Negozju ta' Klijenti ġodda. Aħna ninkoraġixxuk biex kull tant żmien tirrevedi din il-paġna għall-aħħar informazzjoni fuq il-prattiċi ta' privatezza tagħna.